GEORVIN BUGEJA

GEORVIN BUGEJA смотреть последние обновления за сегодня на .

Lovin Daily 20.04.21

100
3
2
00:33:43
20.04.2021

ood morning Malta and Gozo - here's everything you need to know about the latest news from the island with our hosts 🤍supreofficialmt and 🤍yannickpace • Featuring an interview with Georvin Buġeja, FŻL President

Update fuq ONE 📺 flimkien ma' Georvin Bugeja

33
0
0
00:11:47
01.04.2020

Il-Gvern qed jibqa' jżomm prijorita' s-saħħa tal-poplu, filwaqt li qed nagħmlu dak kollu possibli sabiex inħarsu l-impjiegi tal-familji u l-likwidita' tan-negozji. Qed nagħmlu dan kollu għaliex konna Gvern għaqli matul is-snin u dejjem ħsibna għal quddiem. Kemm kien importanti li bqajna nirreġistraw surplus matul is-snin. Update fuq ONE 📺 flimkien ma' Georvin Bugeja Visit Website: 🤍 Like on Facebook: 🤍 Follow on Twitter: 🤍 Connect on LinkedIn: 🤍 Subscribe for Newsletter: 🤍 - Source : Date

AGORA S2 EP06 - Veru li ż-żgħażagħ iridu jitilqu minn Malta?

5
0
0
02:02:52
11.10.2022

Veru li ż-żgħażagħ iridu jitilqu minn Malta? - Axel Grima, Sarah Vella, Benjamin Ellul, Nigel Caruana (student), Georvin Bugeja (Formum Żgħażagħ Laburisti), Gabriel Micallef (MZPN), Julie Zahra – Kandidata PN

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI B’EŻEKUTTIV ĠDID

156
3
0
00:02:51
14.07.2022

ONE.COM.MT • Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista mmarkat kapitlu ġdid fl-istorja tagħha permezz tal-ħatra ta’ eżekuttiv ġdid. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali taż-Żgħażagħ Laburisti inħatru 15-il membru tal-Eżekuttiv wara li ntlaqgħu n-nominazzjonijiet. L-ebda kariga ma ġiet ikkontestata, u b’hekk ma kienx hemm bżonn li ssir elezzjoni skont l-istatut ta’ Żgħażagħ Laburisti. Il-President tal-fergħa, Georvin Bugeja, se jkun qed iservi għat-tieni terminu tiegħu bħala l-President ta’ Żgħażagħ Laburisti. F’kummenti ma’ ONE News, Bugeja tkellem dwar il-ħidma taż-Żgħażagħ Laburista għas-sentejn li ġejjin. SOT - GEORVIN BUGEJA IL-PRESIDENT TA’ ŻL “Il-ħidma se tkun ibbażata fuq diversi binarji. L-ewwel nett, li nżommu l-kuntatt maż-żgħażagħ fuq id-diversi livelli, irridu nkomplu nsaħħu l-ħidma politika tagħna u anki l-livell internazzjonali li jkompli jissaħħaħ. Irnexxielna niksbu reputazzjoni tajba f’dawn is-sentejn illi għaddew u rridu nkomplu nsaħħu dak. Imma, fuq livell politiku, irridu nkomplu nkunu aħna, bħala Żgħażagħ Laburisti, illi nressqu ’l quddiem ideat.” Dan huwa l-ewwel eżekuttiv li qiegħed jinħatar wara l-elezzjoni ġenerali tal-sitta u għoxrin ta’ Marzu, li l-Partit Laburista rebaħha bl-akbar maġġoranza fl-istorja ta’ Malta sovrana. Għas-sentejn li ġejjin, spalla ma’ spalla mal-President Georvin Bugeja, se jkun hemm Christian Cauchi bħala Viċi-President, Maria Ellul bħala Segretarju Ġenerali, u Mikela Abela bħala Deputat Segretarju Ġenerali. Maxilin Pisani se tkun qed tassumi l-irwol ta’ Uffiċjal Finanzjarju, Miguel Cauchi se jerġa’ jassumi l-irwol ta’ Uffiċjal Politiku, Miguel Abela se jkun l-Uffiċjal għall-Informazzjoni, Martina Grech l-Uffiċjal Internazzjonali, Tonio Farrugia se jassumi l-irwol ta’ Uffiċjal għar-Riżorsi Umani, u Mohamed El Bakry se jkun l-Uffiċjal Organizzattiv. Ruslana Barbara, Natalia Muscat, Pearl Agius, Mario Fenech u Luca Schembri se jassumu l-irwol ta’ membri fi ħdan il-fergħa Żgħażagħ Laburisti. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali nqara r-rapport finanzjarju għas-snin bejn l-elfejn u għoxrin u l-elfejn tnejn u għoxrin. Id-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista, flimkien mal-President tal-Partit, indirizzaw lil dawk preżenti. Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Chris Fearne ħeġġeġ liż-żgħżagħ fil-Partit biex ikomplu jisfidaw l-istatus quo filwaqt li jkomplu jixprunaw il-bidla. Huwa qal li, għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, irid jara mitt kandidat żgħażugħ. Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Daniel Micallef, qal li, b’differenza minn żminijiet oħra, dak li llum joħolmu ż-żgħażagħ jista’ jinstema’ u jitwettaq f’pajjiżna. Il-President tal-Partit, Ramona Attard, appellat biex iż-żgħażagħ ma jiqfux ikunu katalisti tal-bidla fi ħdan il-Partit Laburista. Preżenti għal din il-laqgħa tal-fergħa żagħżugħa kien hemm diversi deputati Laburisti u membri mill-Amministrazzjoni tal-Partit.

IL-FŻL SE JFAKKAR IS-SEBGĦIN SENA MIT-TWAQQIF TIEGĦU

365
3
0
00:01:49
08.01.2021

ONE.COM.MT • Kien l-erbatax ta’ Jannar tas-sena elf disa' mija wieħed u ħamsin li l-għaqda taż-żgħażagħ Laburisti twaqqfet. Tul is-snin din il-fergħa bidlet isimha iżda baqgħet tkun protagonista f’ħidmet partit li dejjem ta spazju liż-żgħażagħ. Għal dan l-anniversarju importanti qed jitħejja programm fejn iż-żgħażagħ se jibqgħu jsibu l-Partit Laburista bħala fonti ta’ ideat u li fih jistgħu jesprimu l-ideat tagħhom. KITBA: FRANCESCO BORG FILMAT: BJORN BONELLO / ARKIVJI Is-sena elfejn wieħed u għoxrin timmarka s-sebgħin anniversarju mit-twaqqif tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, li tul is-snin kellu ismijiet differenti. Kien l-editur tal-gazzetta Laburista ‘Is-Sebħ’, Nestu Laiviera li ressaq proposta lill-eżekuttiv tal-Partit Laburista sabiex titwaqqaf l-għaqda taż-żgħażagħ. Il-mexxej tal-Partit Laburista ta’ dak iż-żmien, il-Perit Mintoff mill-ewwel irrikonoxxa s-siewi li jista’ jkollha din il-fergħa żagħżugħa fil-Partit Laburista u immedjatament mexxa ‘l quddiem din il-proposta, li permezz tagħha inħatret Kummissjoni immexxija minn tliet membri sabiex jibnu l-pedamenti ta' din il-fergħa. Dan kien il-bidu ta’ moviment żagħżugħ fi ħdan il-Partit Laburista, moviment li tul is-snin issaħħaħ u kien protagonist f’ħidmet il-partit li għadu kif iċċelebra mitt sena mit-twaqqif tiegħu. Il-President preżenti tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja spjega li ż-żgħażagħ fi ħdan il-Partit kienu protagonisti fl-akbar sfidi al-Partit fosthom fi żmien l-Interdett kif ukoll fl-irvellijiet ta’ tmienja u għoxrin ta’ April elf disa’ mija u tmienja u ħamsin. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TAL-FŻL “Din il-fergħa li tat opportunità lil bosta żgħażagħ, li semmgħet il-vuċi taż-żgħażagħ, li kienet il-protagonista biex illum qed ngħixu f'Malta moderna u progressiva li qed ngħixu. Kienet katalista biex sebgħin sena ilu, u matul dawn is-sebgħin sena, pajjiżna ra drittijiet jiġu introdotti.” Georvin Bugeja spjega li dan l-anniversarju importanti se ikun imfakkar b’sensiela ta’ attivitajiet. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TAL-FŻL “Għandna programm u qed nippjanaw programm politiku, kalendarju politiku qawwi ħafna biex inkomplu nitkellmu insemmgħu l-vuċijiet taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin u suġġetti oħra li huma kemmxejn kontroversjali.”

IL-PL B’SERĦAN IL-MOĦĦ GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

123
2
0
00:03:00
17.03.2022

ONE.COM.MT • Huwa Gvern Laburista ġdid li jista’ jagħti garanzija liż-żgħażagħ għal futur tagħhom. Dan kien il-messaġġ li għadda l-President ta’ Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja waqt dibattitu fl-MCAST. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: MCAST / CHRIST BORG / ARKIVJI Il-Partit Laburista fil-Gvern jagħti garanzija ta’ serħan il-moħħ liż-żgħażagħ għal futur tagħhom. Dan kien il-messaġġ li għadda l-President ta’ Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja waqt dibattitu fl-MCAST. Il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti nnota kif Gvern Laburista ġdid se jkun ta’ spalla għall-għaqdiet volontarji. Fost dawn hemm għajnuna sabiex isir restawr tal-armar tal-festi. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TA’ ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI “Assistenza finanzjarja u taħriġ għall-għaqdiet volontarji sabiex insaħħu l-qafas amministrattiv tagħhom u jiġu identifikati binjiet pubbliċi li bħalissa m’għandhomx użu sabiex jiġi rreġenerati għal skopijiet soċjali, b’kollaborazzjoni mal-għaqdiet volontarji.” Georvin Bugeja semma wkoll l-investiment tas-€700 miljun fi żmien seba’ snin sabiex isiru spazji ħodor viċin id-djar tan-nies. Ma naqasx li jsemmi aktar proposti pożittivi għaż-żgħażagħ. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TA’ ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI “Jitwaqqaf istitut ġdid għall-isnajja’ u li flimkien mal-istess istitut u l-Malta Enterprise u l-Iskills Policy Council jorganizzaw korsijiet ġodda ta’ taħriġ tekniku skont il-ħtiġijiet tal-industrija. Imbagħad hemm proposti oħrajn interessanti. Jien għaddejt minnha ftit taż-żmien ilu, xtrajt l-ewwel propjeta tiegħi, ħolma għal kull żagħżugħ u żagħżugħa illi jkollhom l-ewwel dar tagħhom u filfatt apparti li qegħdin ngħidu li nkomplu l-iskema tal-first time buyers. Qegħdin ngħidu wkoll li Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela jħallas €1,000 fuq għaxar snin. €10,000 fuq pagament tal-loan ta’ dawk li jkunu first-time buyers.” Semma wkoll kif Gvern Laburista ġdid se jkun qed iżid li l-istudenti jaħdmu xogħol part-time sa 30 siegħa, waqt li jkunu qed jistudjaw u jieħdu l-istipendju. Min-naħa l-oħra, f’dan id-dibattitu kien hemm il-President tal-MŻPN Gabriel Micallef li spiċċa jiddefendi l-fatt li Bernard Grech kellu jbiddel il-programm elettorali tiegħu għall-ħames darbiet. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TA’ ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI “Il-Partit Nazzjonalista għandu … liem verżjoni tal-manifest qrajt, l-aħħar waħda dik? Għax kellkom ħafna verżjonijiet.” GABRIEL MICALLEF: “Il-manifest tagħna huwa manifest ħaj.” Il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti nnota kif l-għażla fi-26 ta’ Marzu li ġej hija bejn il-passat u l-futur. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TA’ ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI “Manifest illi l-ħolm tagħkom iż-żgħażagħ huma l-aspirazzjonijiet tagħna wkoll għax nemmnu f’kull wieħed u waħda minnkom, għax l-ambizzjonijiet tagħkom huma l-ambizzjonijiet tagħna. Min-naħa l-oħra għandkom Partit Nazzjonalista illi l-għażla tiegħu huwa l-konsistenza tiegħu fil-konfuzjoni. Kienu konfuzi fl-2017 u llum qed jippreżentaw manifest tat-terms and conditions.”

L-AĦĦAR TĦEJJIJIET GĦAL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI TAL-FŻL

158
1
0
00:01:17
10.09.2020

ONE.COM.MT • Għada fit-Teatru Orpheum fil-Gżira, se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, b’diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela. Tul il-laqgħa, minbarra li se jiġi diskuss ix-xogħol tal-fergħa f’din l-aħħar sena, għall-ewwel darba f’ħafna snin, se titressaq mozzjoni għal diskussjoni politika li se tiġi diskussa kemm fil-laqgħa għada stess imma wkoll fil-ġimgħat li ġejjin. KITBA: TRISCHIA FALZON FILMAT: ALEX BORG Fit-Teatru Orpheum fil-Gżira għaddejjin l-aħħar tħejjijiet biex bil-miżuri ta’ prekawzjoni kollha meħtieġa, il-Ġimgħa ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Laqgħa li kellha ssir fl-ewwel xhur tas-sena, imma li ġiet posposta minħabba l-imxija tal-COVID-19. Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja, spjegalna x’hemm fuq l-aġenda għal din il-laqgħa. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TAL-FŻL “Hemm preparata mozzjoni politika li għall-ewwel darba wara ammont ta’ snin, il-Forum Żgħażagħ Laburisti fil-Laqgħa Ġenerali tiegħu, se jressaq mozzjoni għal diskussjoni politika kemm fil-laqgħa ta’ għada imma wkoll matul il-ġimgħat li ġejjin.” Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela se jwassal ukoll id-diskors tiegħu għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TAL-FŻL “Dan huwa mument eċitanti għalina bħala fergħa għaliex hija l-ewwel okkażjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li kellha tiġi posposta din il-laqgħa, u qed inħarsu ’l quddiem għall-messaġġ tal-Prim Ministru li se jinkoraġixxi lil din il-fergħa biex jagħti d-direzzjoni ta’ fejn għandna mmorru.” Kull min jattendi huwa mitlub jilbes maskra.

IS-SOĊJALIŻMU F’MALTA S-SUĠĠETT TA’ DISKUSSJONI MIŻ-ŻL

167
0
0
00:01:41
29.04.2022

ONE.COM.MT • ‘Soċjaliżmu Llum’ kienet it-tema ta’ diskussjoni organizzata mill-fergħa taż-Żgħażagħ Laburisti, li matulha ġew skambjati fehmiet dwar din l-ideoloġija li tul is-snin tat kontribut kbir biex il-Maltin u l-Għawdxin jgħixu aħjar. F’diskussjoni organizzata minn Żgħażagħ Laburisti bl-isem ta’ ‘Soċjaliżmu Llum’, ġiet diskussa l-ideoloġija soċjalista f’pajjiżna u fuq l-effett li din kellha u għad għandha fuq kull faxxa tas-soċjetà Maltija. Fost il-kelliema kien hemm il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja, li spjega kif din id-diskussjoni kienet fost l-oħrajn immirata sabiex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni żgħażugħa fil-ħajja politika. GEORVIN BUGEJA IL-PRESIDENT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI “Tajna ħarsa lejn il-prinċipji li jsawru lill-Partit Laburista, u għaliex aħna relevanti għal-lum il-ġurnata, għaliex il-Partit Laburista u ż-żgħażagħ, partikolarment, iridu jkunu aktar attivi fil-ħajja politika, fix-xena pubblika, u anke f’partiti politiċi bħal m’hu l-Partit Laburista.” ONE News tkellem ma’ Dr Alex Sciberras Trigona, li ra l-idealoġija soċjalista tissawwar f’pajjiżna. Huwa fakkar f’kif tul l-istorja tal-Partit Laburista, li dejjem ħaddan is-soċjaliżmu demokratiku, l-għan dejjem kien li l-livell tal-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin jibqa’ dejjem jogħla. Stqarr kif l-aħħar xhieda ta’ dan hija l-għajta tal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, li l-manifest elettorali tiegħu kien mogħni b’ideat soċjalisti li se jtejbu l-ħajja ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin. DR ALEX SCIBERRAS TRIGONA EKS MINISTRU “Dak huwa s-Soċjaliżmu llum, li qiegħdin naraw qed isir. Għandna t-tifsira mill-mitt idea, għall-elf proposta ta’ politika, maqsumin ministeru b’ministeru, segretarju parlamentari b’segretarju parlamentari, kollha jafu x’għandhom x’jagħmlu. Issa mhux, “Issa x’se nagħmlu la tlajna fil-Gvern?”. Le, hemm programm.”

IL-PN JIBQA’ BLA COSTINGS U JGĦID LI DAWN MHUX IMPORTANTI

644
2
0
00:02:39
26.02.2022

ONE.COM.MT • Kompla joħroġ fid-deher in-nuqqas ta’ pjan għal dan il-pajjiż mill-Partit Nazzjonalista, hekk kif f’kampanja elettorali qed isemmi xi affarijiet li jrid jagħmel iżda ma jafx il-costings u kemm jiswew l-affarijiet. Fuq it-televiżjoni kandidati Nazzjonalisti spiċċaw jgħidu li dawn mhux importanti anki jekk iridu jmorru quddiem il-poplu u jitolbuh itihom il-fiduċja. IL-PN JIBQA’ BLA COSTINGS U JGĦID LI DAWN MHUX IMPORTANTI Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech baqa’ bla costings fuq dak li qed jgħid li jrid jagħmel jekk ikun fil-Gvern. Dan ħareġ fid-deher f’dibattitu politiku fuq il-Programm Topik, meta l-Kandidat Nazzjonalista Alex Borg ma kienx jaf kif se jwieġeb mistoqsija tal-preżentatur Quinton Scerri dwar jekk il-proposti tagħhom hux se jħallu pataflun dejn fuq il-pajjiż, fosthom fuq vapuri t’Għawdex. Quinton Scerri: “Dan hemm Capital Investment biex isir inizjattiva bħal din. Huwa weighted dan l-investiment illi ma titfax piż fuq il-Kumpanija Gozo Channel?” Alex Borg: “Iva l-costings saru kollha, però jiena dejjem nemmen illi jekk huwa ta’ gwadann għall-Għawdxi.” Quinton Scerri: “Hija sostenibbli għall-Għawdxi? Ma tistax tħalli pataflu dejn warajk.” Fid-dibattitu, il-President taż-Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja kien skjett jerġa’ jsaqsi lill-Alex Borg dwar il-costings tal-proposti. Iżda l-mistoqsija baqgħet bla tweġiba. Georvin Bugeja: “Staqsejtu għall-costings lill-ħabib tiegħi Alex u l-costings jew kemm se tiġi tiswa ma qallekx. Iġifieri l-Partit Nazzjonalista meta ssaqsihom għal kemm se tiġi tiswa l-pajjiż miżura ma jitjuwlekx. Għandek verament kemm tiġi ċifra?” Alex Borg: “Iċ-ċifra tħaddmet żgur, jiġifieri nista’ nassigurak.” Mifxul fi kliemu, il-Partit Nazzjonalista baqa’ ma tax ċifri ta’ proġetti li jrid jagħmel minn flus il-poplu. Georvin Bugeja: “Għandek ammont?” Alex Borg: “Numru hemm nassigurak. Però n-numru mhux importanti.” Sabiex tgħatti min-nuqqas ta’ pjan tal-Partit Nazzjonalista, il-Kandidata Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet li l-affarijiet għadhom proposti iżda ħbiet il-fatt li biex tmur quddiem il-poplu għall-fiduċja, trid tinfurmah x’se tagħmel bid-dettalji ċari u fattibbli. Georvin Bugeja: “Jekk inthom bħala PN ma jafx kemm se tiġi tiswa’ proposta dan ifisser li costings ma jeżistux.” Eve Borg Bonello: “Instead of asking hypothetical numbers, lets ask about the real numbers.” Georvin Bugeja: “It is not a hypothetical numbers dan huwa costing. Eve: Proposta x’inhi?” Georvin Bugeja: “Jiġifieri inthom għalikom proposta nitfgħuha hemmek u nħallu lin-nies jiddeċidu, imbagħad tiġi l-għada tal-elezzjoni u ngħidulhom din ma nistgħux nagħmluha.” Eve: “Saru l-costings.”

IL-PM JINGĦATA MERĦBA SABIĦA FIL-JUNIOR COLLEGE

938
15
0
00:02:17
02.03.2022

ONE.COM.MT • Dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia Abela żaru l-Junior College fejn iltaqgħu maż-żgħażagħ. Il-merħba kienet waħda sabiħa ħafna u bosta żgħażagħ u studenti kienu interessati fuq il-proposti li qed iressaq il-Partit Laburista għall-futur tal-istess żgħażagħ u ta’ Malta li jridu jgħixu fiha. L-istudenti jilqgħu bi ħġarhom lill-Prim Ministru u martu fi żjara fil-Junior College Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia Abela ngħataw merħba sabiħa mill-istudenti fil-Junior College. Ġewwa l-Junior College, il-Prim Ministru kellu ċans jitkellem mal-istudenti, fejn spjegalhom il-viżjoni tal-Partit Laburista għaż-żgħażagħ. Il-Prim Ministru spjega kif jekk jingħata l-fiduċja, Gvern immexxi minnu se jinvesti fiż-żgħażagħ u se jagħti elf u ħames mitt ewro lill-ġenituri ta’ dawk l-ulied li jkomplu jistudjaw, waqt li se jkun hemm żieda fl-istipendji ta’ ħmistax fil-mija. Hawnhekk il-Prim Ministru nnota kif dawn iż-żgħażagħ se jkunu qed jivvutaw għall-ewwel darba, hekk kif il-Gvern ta l-vot sittax. Naturalment bosta studenti ħatfu l-opportunità fejn ħadu ritratt mal-Prim Ministru u martu. Fil-Junior College, il-Prim Ministru mar fil-canteen, fejn poġġa flimkien mal-istudenti u tkellem magħhom dwar il-ħajja tagħhom bħala studenti f’dan il-kulleġġ u l-aspirazzjonijiet tagħhom għal futur. Intant, il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista, Żgħażagħ Laburista kompliet bil-kampanja ‘Together We Are’. Dan hekk kif armat stand barra l-kulleġġ fl-Imsida, fejn spjegat lill-istudenti dwar il-viżjoni tal-Partit Laburista għall-futur. Bosta żgħażagħ laqgħu wkoll il-proposti tal-Partit Laburista, partikolarment dik ta’ spazji miftuħa u ħodor, b’investiment ta’ seba’ mitt miljun ewro fuq medda ta’ seba’ snin. Il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja, qal kif iż-żgħażagħ fi ħdan il-Partit Laburista qed immexxu kampanja pożittiva li tolqot l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TA’ ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI “Aħna għandna kampanja ta’ għaqda, kampanja li fiha qed tiġbor żgħażagħ li ġejjin minn aspetti differenti, kampanja li qed tiġbor iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Allura qed induru postijiet differenti, istituzzjonijiet edukattivi differenti, biex nilħqu kemm jista’ jkun żgħażagħ u nwasslu l-messaġġ tagħna, il-messaġġ flimkien. Together We Are tagħti messaġġ ta’ tama, ta’ ispirazzjoni li qed iħares lejn il-futur u llum ġejna hawnhekk, ħdejn il-Junior College biex niltaqgħu maż-żgħażagħ ta’ Junior College u nifhmu aħjar l-aspirazzjoniet. Fl-aħħar mill-aħħar se jagħżlu l-futur ta’ dan il-pajjiż.”

69 SENA MIT-TWAQQIF TAL-GĦAQDA ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI

609
3
0
00:02:30
14.01.2020

ONE.COM.MT • Il-Forum Żgħażagħ Laburista huwa fergħa importanti fil-Partit Laburista. Disgħa u sittin sena ilu twieldet din il-fergħa li llum qed tkompli tkun il-vuċi progressiva ta’ partit imexxi minn Dr. Robert Abela. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ALEX BORG / ARKIVJI Disgħa u sittin sena ilu twieldet l-Għaqda Żgħażagħ Laburisti. Fergħa taż-żgħażagħ fi ħdan il-Partit Laburista li tant qdiet irwol importanti tul is-snin. Tul iż-żmien minn din il-fergħa ħarġu bosta persuni li stabilixxew ruħhom fil-politika u anki ddominaw din ix-xena f’pajjiżna. Chris Agius li llum huwa deputat Laburista għamel żmien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali taż-Żgħażagħ Soċjalisti. Ma’ dan l-istazzjon spjega kif iż-żgħażagħ dejjem żammew il-partit ħaj u kienu minn ta’ quddiem biex il-Partit Laburista jimxi ‘l quddiem. Saħaq kif il-fergħa laburista taż-żgħażagħ anki bniet pontijiet ma’ għaqdiet oħra internazzjonali. CHRIS AGIUS KIEN SEGRETARJU ĠENERALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SOĊJALISTI “Niftakar li kellna aktar minn erbgħin fergħa u kollha kulħadd jikkompeti fergħa mal-oħra, min jorganizza l-aktar attivitajiet b’mod partikolari fiċ-ċentri tal-lokal jew inkella f’xi ċentru li jkun f’lokal li jkun ta’ ċertu daqs, attivitajiet f’Għawdex, dak iż-żmien konna nużaw ħafna ċ-ċentru li l-partit kellu f’Għajn Tuffieħa, fejn kien ikollna anki għaqdiet taż-żgħażagħ soċjalisti minn pajjiżi Ewropej minn barra minn xtutna sabiex hemm hekk nagħmlu gatherings taż-żgħażagħ. Kienu żminijiet fejn kollha kemm aħna tajna l-kontribut tagħna.” Ma setax jonqos li f’dan l-anniversarju importanti, nitkellmu mas-Segretarju preżenti tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Georvin Bugeja qal li l-forum żgħażagħ laburisti fil-partit, illum imexxi minn Dr. Robert Abela se jkompli jilħaq iżjed żgħażagħ. GEORVIN BUGEJA SEGRETARJU TAL-FŻL “Irridu issa niffukaw u nkomplu niffukaw fuq il-ġenerazzjoni sittax imma nerġgħu niffukaw ukoll fuq żgħażagħ ta’ etajiet ikbar biex il-Forum Żgħażagħ Laburisti, biex il-Partit Laburista jibqa’ d-dar naturali ta’ kull żagħżugħ u żagħżugħa, ta’ kull Malti u Maltija.” Qal li dan l-anniversarju jġagħlna naħsbu fuq dak li sar miż-żgħażagħ ta’ qablu u kif din il-fergħa żagħżugħa tibqa’ tkun vuċi progressiva biex pajjiżna jkompli jgħaddi minn bidliet pożittivi.

INIZJATTIVA BIEX JINĠABAR AKTAR DEMM

96
0
0
00:02:45
24.09.2022

ONE.COM.MT • Se nitkellmu issa dwar kollaborazzjoni bejn Żgħażagħ Laburisti u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li bi ħġarhom ingħaqdu flimkien u marru jagħtu d-demm. INIZJATTIVA BIEX JINĠABAR AKTAR DEMM ‘Grazzi mill-qalb lid-donaturi tad-demm’, ‘nixtieq li nista’ nħallaskom lura’, ‘grazzi li tajtuni d-demm’. Dawn huma wħud mill-messaġġi fuq il-kartolini li hemm f’wieħed mill-kurituri fil-qalba tal-Bank Nazzjonali tad-Demm, fosthom ukoll ta’ ċkejkna li kienet twieldet sitt ġimgħat qabel iż-żmien, kellha bżonn id-demm minħabba żewġ operazzjonijiet, u llum qed tgħix ħajja ħienja. Inizjattiva li ħadu ‘Żgħażagħ Laburisti’ b’kollaborazzjoni mal- Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, laqqgħet flimkien diversi żgħażagħ li bi ħġarhom iltaqgħu fiċ-Ċentru Nazzjonali tad-Demm fi Gwardamanġa biex jagħtu d-demm. Tkellimna ma’ Yacopo Baldacchino li huwa l-President Tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ fejn tlabnih jgħidilna għaliex laqgħu l-istedina ta’ Żgħażagħ Laburisti. YACOPO BALDACCHINO IL-PRESIDENT TAL-KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ “Aħna bħala Kunsill ilqajna d-deċizjoni tal-Gvern li neħħa l-perjodu ta’ sena impost fuq iż-żgħażagħ LGBTIQ+ li jistgħu jagħtu d-demm u għalhekk qegħdin hawn sabiex nagħtu l-kontribut tagħna u nħeġġeġ lil żgħażagħ oħra sabiex jagħtu d-demm ukoll.” Ma’ Georvin Buġeja ta’ Żgħażagħ Laburisti tkellimna dwar din l-inizjattiva li hija parti mill-kampanja ta’ Żgħażagħ Laburisti “Indaqs”. GEORVIN BUGEJA IL-PRESIDENT TA’ ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI “Inkomplu nassiguraw sabiex is-soċjetà tagħna tkun indaqs, sabiex nassiguraw li s-soċjetà tagħna tkompli tavvanza ’l quddiem, tipprogressa, ma tagħmilx distinzjoni bejn persuna u oħra abbażi ta’ kif tidher, abbażi ta’ kif taħseb, ta’ kif tesprimi lilha nnifisha, ta’ lil min tħobb, għaliex fl-aħħar mill-aħħar aħna kollha bnedmin indaqs.” Caroline Cassar hija senior staff nurse fiċ-Ċentru Nazzjonali tad-Demm u tkellmet magħna dwar il-pazjenti li jkollhom il-kundizzjoni tat-Talessemija, li jeħtieġu d-demm b’mod kontinwu. CAROLINE CASSAR SENIOR STAFF NURSE “It-talessemija hija kundizzjoni fejn pazjenti iridu jieħdu erba’ boroż kull tliet ġimgħat bilfors, mela allura jien irrid nagħmel naqra appell fejn il-poplu Malti għandu jġib quddiem għajnejh li dawn il-pazjenti mingħajr dawn l-erba’ boroż kull tliet ġimgħat ma jistgħux ikomplu l-ħajja tagħhom normali bħalma kulħadd jgħix.” Tul il-jum tal-Ħadd, wieħed jista’ jagħti d-demm bejn it-tmienja ta’ filgħodu u s-sitta ta’ filgħaxija fil-Bank Nazzjonali tad-Demm fi Gwardamanġa, jew billi jżur il-pjazza ta’ Ħal Safi jew il-Berġa tax-Xewkija, bejn it-tmienja ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ wara nofsinhar. Kull min jilqa’ dan l-appell, irid jieħu miegħu l-karta tal-identità u jilbes maskra.

L-EDUKAZZJONI PROTAGONISTA WKOLL

105
2
0
00:01:53
18.09.2021

ONE.COM.MT • Mill-ġlieda kontra l-isterjotipi tal-ġeneru fl-iskola, għall-età obbligatorja tal-iskola. Dawn huma wħud mill-kwistjonijiet li ġew indirizzata f’ diskussjoni bit-tema “Inġeddu l-Esperjenza Edukkativa” mtella miż-Żgħażagħ Laburisti. L-EDUKAZZJONI PROTAGONISTA WKOLL Titlu Portal: Diskussjoni imtella miż-Żgħażagħ Laburisti dwar suġġetti relatati mal-edukazzjoni Il-fergħa taż-Żgħażagħ tal-Partit Laburista organizzat diskussjoni dwar suġġetti relatati mal-edukazzjoni fosthom is-sistema edukattiva u l-effetti li l-pandemija kellha fuq l-edukazzjoni. Id-diskussjoni ‘Inġeddu l-Esperjenza Edukkativa’, sarret bħala parti mill-Konferenza tal-Partit Laburista bit-tema “Inġeddu Malta Flimkien”. Claudine Attard, Chairperson tal-Kumitat dwar l-edukazzjoni fil-Kamra tal-Kummerċ, fejn spjegat diversi punti marbuta mas-settur edukattiv u wkoll istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll proposti għal diskussjoni.. Reuben Mifsud, deputat direttur għall-iżvilupp Professjonali Kontinwu fi ħdan l-Universita spjega li irridu niżguraw li dan ma jimponix aktar riskji li ż-żgħażagħ jiġu marġinalizzati minħabba li huma nieqsa mill-infrastruttura jew ir-riżorsi biex jaċċessaw is-servizzi edukattivi online. Tkellmet ukoll Elisa Dimech, koordinatriċi tal-Għaqda Studentestika Pulse, stqarret li s-sistema edukattiva għanda tkompli tippeded biex dan in-numru ta’ early school leavers ikompli jonqos. Lauren Galea, studenta fi skola Sekondarja, spjegat li għalkemm t-tagħlim huwa importanti ħafna, xorta waħda mhux biżżejjed. Hija spjegat li għandu ikun hemm aġġustamenti li jgħaqdu t-tagħlim tal-prattika mat-taħriġ. Il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja spjega li l-għan ta din id-diskussjoni kien li diversi studenti u żgħażagħ li huma involuti fil-qasam tal-edukazzjoni, jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar kif is-sistema edukattiva qed tħejjihom għal dinja ta’ xogħol. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TA’ ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI “Bl-ideat li ħarġu illum, qed inħarrsu ‘il quddiem sabiex inkomplu nipproponu lil Partit Laburista, ideat ta’ kif fl-aħħar mill-aħħar inġeddu l-esperjenza edukattiva li żgħażagħ Maltin u Għawdxin.”

IL-PL B’ATTIVITÀ TA’ TINDIF F’BOSTA LOKALITAJIET

510
8
2
00:01:12
28.11.2020

ONE.COM.MT • Dalgħodu l-Partit Laburista organizza it-tindif ta’ diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-indafa fl-ambjent. Żjara fuq il-post li għamel crew ta’ ONE News tefgħet dawl ukoll fuq l-ammont ta’ żgħażagħ li attendew bi ħġarhom biex iħallu ambjent aħjar. Naraw. KITBA: MATTHEW FARRUGIA FILMAT: ALEX BORG Minkejja x-xita u temp ikrah li ħakmu l-gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar jiem, is-Sibt filgħodu l-Partit Laburista u l-Forum Żgħażagħ Laburisti niżlu fit-toroq ta’ Pembroke, il-Mellieħa u Marsalforn Għawdex fejn f’temp ta’ erba’ siegħat, inġabar skart ta’ kull tip. Dan kollu sar biex titqajjem kuxjenza akbar dwar l-importanza ta’ ambjent nadif fejn ngħixu. Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja spjega kif attivitajiet bħal dawn iħeġġu parteċipazzjoni żagħżugħa f’dan il-qasam. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TAL-FZL “Iż-żgħażagħ huma l-aktar ġenerazzjoni konxja dwar l-ambjent u l-importanza tal-ambjent. Irridu nkunu aħna li nqajmu dan l-għarfien u li nkomplu nqajmu din il-kuxjenza biex nibżgħu u nipproteġu l-ambjent ta’ madwarna.” Il-Ministru għall-iżvilupp Sostenibbli, Miriam Dalli qalet li kampanji bħal dawn jagħtu nifs ġdid lill-lokalitajiet fejn isiru. Hija kellha dan l-appell għal kull min jagħżel li jqatta’ ħin fil-kampanja. MIRIAM DALLI MINISTRU “Jekk kulħadd joqgħod attent u ma jarmix bl-addoċċ, ma jkollniex bżonn li nagħmlu attivitajiet bħal dawn. Iġifieri dawn l-inizjattivi tajbin, imma ejja naċċertaw ruħna li bl-attitudni tagħna naraw li nżommu kemm jista’ jkun nadif”

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ HUMA L-MAGNA TA’ DAN IL-PAJJIŻ

549
10
0
00:01:34
22.03.2022

ONE.COM.MT • Intom il-magna ta’ dan il-Partit u l-magna ta’ dan il-pajjiż. Sostniet dan mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela waqt rally taż-żgħażagħ Laburisti t-Tlieta filgħaxija. Dr Abela tenniet kif waqt din il-kampanja elettorali b’mod iktar dirett setgħu jiġu nnutati l-isfidi tan-nies u b’hekk l-importanza li Gvern Laburista ġdid ikompli jkun viċin in-nies. Hija rrimarkat ukoll il-ħidma sfieqa wkoll tal-Prim Ministru fl-aħħar xhur u snin ta’ sfidi li affaċċja l-pajjiż għalhekk l-importanza li nhar is-26 ta’ Marzu Dr Robert Abela jkun ikkonfermat bħala Prim Ministru ta’ Malta mill-ġdid. Dan sabiex il-Partit Laburista jwettaq il-pjan tiegħu ta’ 1,000 proposta li fost oħrajn se jolqtu lit-tfal, il-qasam ambjentali, l-ekonomija, il-ħaddiema, il-familji u n-negozji. Intant il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja sostna li l-Partit Laburista huwa l-Partit li jemmen fiż-żgħażagħ u b’hekk d-dar naturali tagħhom. Huwa fakkar fil-proposti tal-Partit Laburista li jinċentivaw liż-żgħażagħ fil-vjaġġ tagħhom tul il-ħajja. Tenna l-importanza tad-data tas-26 ta’ Marzu biex jiġi deċiż propju l-futur taż-żgħażagħ. Tul din l-attività tkellem ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Unjin Internazzjonali taż-Żgħażagħ Soċjalisti Bruno Goncalves fejn irrimarka wkoll kif f’din l-elezzjoni ġenerali żgħażagħ ta’ 16-il sena issa jistgħu jivvutaw sabiex isemmgħu leħinhom, riżultat ta liġi progressiva li għadda Gvern Laburista.

IL-PL JIRRIKONOXXI L-ISFIDI SOĊJALI U MA JIBŻAX MILL-BIDLA

287
8
1
00:02:14
05.04.2021

ONE.COM.MT • F’konferenza tal-aħbarijiet it-Tnejn filgħodu, il-Partit Laburista qal li mhux biss jirrikonoxxi l-isfidi soċjali iżda ma jibżax mill-bidla. Il-Partit Laburista qal dan b’reazzjoni għat-tnedija ta’ whitepaper mill-Gvern b’bidliet proposti favur użu responsabbli tal-Kannabis. Insegwu. KITBA: SAMUEL LUCAS FILMAT: ALEX BORG “Il-Partit Laburista mhux biss jirrikonoxxi l-isfidi soċjali iżda ma jibżax mill-bidla.” Dan kien il-messaġġ ewlieni f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista b’rabta mal-introduzzjoni ta’ whitepaper dwar l-użu responsabbli tal-Kannabis Fl-indirizz tiegħu fil-bidu ta’ din il-konferenza, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Daniel Micallef sostna li l-Gvern u l-Partit ma jibżgħux mill-bidla. Dan speċjalment f’dawl ta’ realtajiet soċjali li jeżistu fid-dinja tal-lum. DANIEL MICALLEF DEPUTAT MEXXEJ TAL-PL “Aħna bħala Partit Laburista konxji mir-realtajiet soċjali u kif ukoll mir-reġim legali li fl-aħħar snin wassal għal inġustizzji li sofrew numru ta’ persuni minħabba pussess sempliċi tal-Kannabis.“ Minn naħa tiegħu, il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja, filwaqt li ta elenku tal-proposti mħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela ftit tal-jiem ilu fl-introduzzjoni tal-whitepaper, spjega kif iż-żgħażagħ fi ħdan il-Partit Laburista ma jiddejqux jiddiskutu suġġetti differenti anke dawk li jqajjmu diskussjoni jew dibattitu Sostna wkoll li ż-żgħażagħ diġà għandhom l-isfidi tagħhom u b’hekk l-importanza li ma jiżdiedx piż żejjed fuqhom bla bżonn. SOT 2 GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TAL-FŻL “Infakkar kif iż-żgħażagħ illum il-ġurnata għandhom ukoll l-isfidi tagħhom. Iridu jibbilanċjaw bejn il-ħajja edukattiva u dik tax-xogħol sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-esperjenza neċessarja.Tistgħu timmaġinaw żgħażagħ li għax sempliċiment ikunu nqabdu b’joint tal-Kannabis ikunu trattati ta’ kriminali u saħanasitra tiċċapsilhom il-kondotta, x’riperkusjonijiet ikun hemm fil-kumpliment ta’ ħajjithom kollha.” Intant il-President ta’ Nisa Laburisti, Nikita Zammit Alamango spjegat kif il-proposti bidliet huma bilanċjati filwaqt li jinkludu element ta’ serħan il-moħħ anke għall-ġenituri. Temmet tgħid li kull min jixtieq jgħid tiegħu dwar is-suġġett huwa mħeġġeġ jibgħat il-ħsibijiet tiegħu fuq info🤍partitlaburista.org. NIKITA ZAMMIT ALAMANGO PRESIDENT TA’ NISA LABURISTI “Infakkarhom biex tieħdu sehem fil-konsultazzjoni għalhekk għandna dawn is-6 ġimgħat quddiemna biex aħna nisimgħu minn għandkhom – dak li qed jinkwetakhom dak li forsi nistgħu nagħmlu aħjar u żgur li aħna bħala Partit Laburista se nkunu qed nieħdu sehem f’din il-konsultazzjoni.”

IL-PM JISĦAQ FUQ KANDIDATURA AKTAR ŻAGĦŻUGĦA GĦALL-ELEZZJONI

290
3
0
00:02:14
11.11.2020

ONE.COM.MT • ‘Illum inkompli nikkonvinċi lili nnifsi li l-kandidatura għall-elezzjoni ġenerali li jmiss għandha tkun aktar żagħżugħa b’parteċipazzjoni akbar tan-nisa.’ Dan kien il-messaġġ ewlieni li sostna fuqu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt attività mtella’ mill-Forum Żgħażagħ Laburisti, li matulha ż-żgħażagħ ingħataw l-ispazju biex jagħtu kontribut fl-inizjattiva tal-mitt idea fil-mitt sena tal-Partit Laburista. KITBA: PEARL AGIUS FILMATI: CHRIST BORG L-ekonomija, is-saħħa mentali, Għawdex u l-ugwaljanza. Dawn huma biss xi wħud mis-suġġetti li ddiskutew iż-żgħażagħ waqt attività mtella’ mill-Forum Żgħażagħ Laburisti bħala parti mill-inizzjattiva tal-mitt idea li qed iħejji l-Partit Laburista. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela li kien preżenti għal din l-attività sostna li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss il-kandidatura għandha tkun waħda aktar żagħżugħa u b’parteċipazzjoni akbar ta’ nisa. Dr Abela saħaq li ż-żgħażagħ mhumiex il-mexxejja t’għada imma l-mexxejja tal-lum u stqarr li kull fejn hemm mexxejja li huma żgħażagħ hemm riżultati ta’ suċċess għaliex ir-realtà hi li ż-żgħażagħ jagħmlu differenza enormi. Hu stqarr li minkejja li ilna seba’ snin fil-Gvern, irridu nkunu aġenti u katalisti tal-bidla u l-bidla kapaċi jagħmluha ż-żgħażagħ għax mhumiex limitati bil-forom tradizzjonali. Dr Abela tenna li l-kelma ‘medjokritá’ mhijiex parti mill-vokabularju tal-Partit Laburista għaliex il-moviment Laburista huwa moviment ta’ suċċess. Min-naħa tiegħu, il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja spjega li dawn l-ideat ser ikunu strumentali u parti integrali fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. GEORVIN BUGEJA PRESIDENT TAL-FŻL “L-għan tagħna huwa li kemm jista’ jkun niġbru aktar ideat taż-żgħażagħ. Il-Partit Laburista huwa stakeholder primarju fis-soċjetà tagħna u allura rridu nisimgħu l-vuċi taż-żgħażagħ u nagħtu vuċi liż-żgħażagħ, aħna rridu li l-ideat u dawn l-ideat li llum iż-żgħażagħ ħarġu bihom, insarrfuhom f’policies, insarrfuhom f’suġġerimenti li nressqu ‘l quddiem lill-Partit Laburista kemm long-term kif ukoll fl-immedjat.” Dan filwaqt li d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef stqarr li dan il-kunċett tal-mitt idea huwa wieħed sabiħ għaliex qed isir meta l-Partit Laburista jinsab fil-pożizzjoni unika li fih għandu mandat li jimplimenta. Huwa kompla jgħid li l-moħħ żagħżugħ jitqanqal b’idea ġdida u jmur lil hinn mill-istatus quo u temm jgħid li l-Partit Laburista jrid ikompli jtajjar il-bandiera progressiva fejn l-ekonomija tkun fiċ-ċentru biex minn hemm il-partit ikun kapaċi jimplimenta miżuri favur il-ġustizzja soċjali.

TITNIEDA L-KAMPANJA TA’ ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI

475
9
0
00:02:39
26.02.2022

Tnediet il-kampanja taż-Żgħażagħ Laburisti għall-elezzjoni ġenerali bit-tema ‘TOGETHER WE ARE’. Il-kampanja tnediet mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt attività fl-Isla. Il-Prim Ministru qal li fil-leġislatura li jmiss jekk jingħata l-fiduċja, se tiskatta diskussjoni sabiex żgħażagħ ta’ sittax-il sena jkunu jistgħu jikkontestaw elezzjoni ġenerali. ROBERT ABELA PRIM MINISTRU “Il-kwistjoni tal-Vot 16. Kellna l-kuraġġ li nagħmluha, għamilniha għaliex nemmnu fiż-żgħażagħ, nemmnu fiż-żgħażagħ li huma l-mexxejja tal-lum. Kien pass kuraġġjuż imma definittavament id-deċiżjoni t-tajba imma xorta għadni minix komdu miegħi nnifsi illi żagħżugħ ta’ sittax, sbatax-il sena għandu d-dritt illi jivvota imma m’għandux dritt jikkontesta l-elezzjoni ġenerali. Għalija huwa loġiku, minn ewl id-dinja li jekk żagħżugħ jew żagħżugħa għandhom id-dritt tal-vot għandhom id-dritt ukoll li jikkontestaw elezzjoni ġenerali u mbagħad jiddeċiedi l-poplu.” Fl-intervent tiegħu fil-Kottonera, il-Prim Ministru Robert Abela semma l-proġett ta’ spazju miftuħ bejn Bormla u l-Isla flok l-iżvilupp propost għall-Università Amerikana ta’ Malta. ROBERT ABELA PRIM MINISTRU “Dak huwa l-mod kif nemmnu li aħna għandek taħdem, bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp ambjentali, u kif l-ambjent ma jfixkilx l-iżvilupp ekonomiku anzi huwa katalista tal-iżvilupp ekonomiku.” Huwa qal ukoll li l-iskema ta’ għotja ta’ għaxart elef ewro lill-first time buyers se tiżdied mal-iskemi eżistenti relatati mal-first time buyers u mhux se tissostwixxi skemi oħra. Dwar il-proposta ta’ €700 miljun investiment fl-ambjent, il-Prim Ministru spjega li din tmur pass ’il quddiem minn investiment fl-ambjent, imma aktar minn hekk investiment fil-kwalità tal-ħajja. Dr Abela tkellem dwar il-proġett ambjentali fil-Ħamrun, flok il-fabbrika tal-ħalib. Huwa spjega li qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li titneħħa l-fabbrika tal-ħalib fil-Ħamrun instab sit alternattiv aħjar għall-istess fabbrika tal-ħalib filwaqt li l-Ħamruniżi se jgawdu minn spazju miftuħ fl-urban. Intant il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja qal li t-tema ‘Together We Are’ intgħażlet għal fatt li ż-żgħażagħ irid ikollhom is-saħħa u l-enerġija biex jindirizza l-isfidi. Ħeġġeġ sabiex żgħażagħ ta’ 16-il sena li se jivvutaw għall-ewwel darba jivvutaw lill-Partit Laburista. Qal li l-għażla hi bejn Mexxej li jieħu d-deċiżjonijiet u Kap tal-Opożizzjoni li mmexxi flok imexxi.

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI BIL-KAMPANJA ‘INDAQS’

90
1
0
00:03:50
03.09.2022

ONE.COM.MT • Ilbieraħ, il-fergħa taż-Żgħażagħ Laburisti nediet il-kampanja INDAQS, li se tkun qed tikkomunika l-viżjoni tal-istess fergħa favur l-ugwaljanza għas-sentejn li ġejjin. Għat-tnedija ta’ din il-kampanja attenda l-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, li qal li bħala Maltin għandna nkunu kburin b’dak li ksibna fil-qasam tad-drittijiet ċivili. Huwa awgura kull suċċess liż-Żgħażagħ Laburisti u stedinhom jersqu ’l quddiem bl-ideat u l-proposti progressivi tagħhom. KITBA: NOLAN CAMILLERI FILMAT: ALEX BORG Il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista nediet il-kampanja INDAQS, li se tkun qed tikkomunika il-viżjoni ta’ din il-fergħa favur l-ugwaljanza għas-sentejn li ġejjin. L-għan ta’ din il-kampanja huwa mhux biss li jitwassal messaġġ ta’ ugwaljanza iżda wkoll li joħorġu ideat u proposti waqt diskussjonijiet li se jiġu organizzati. Fit-tnedija tal-kampanja l-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, wassal il-messaġġ li lkoll għandna nkunu kburin b’dak li kiseb pajjiżna fil-qasam tal-libertajiet ċivili. Filwaqt li nnota li pajjiżna issa ilu s-snin ikun fuq quddiem nett f’dan il-qasam, aċċenna għall-fatt li issa spiċċat id-diskriminazzjoni kontra persuni gay fejn jidħol l-għoti tad-demm. Huwa semma’ wkoll diversi miżuri li Gvern Laburista daħħal fis-seħħ biex illum il-ġurnata l-pajjiż jinsab fuq quddiem nett fejn jidħlu d-drittijiet ċivili. ROBERT ABELA IL-PRIM MINISTRU U MEXXEJ LABURISTA “Nista’ nsemmi ħafna dwar dak illi għamilna, dwar x’għamel dan il-partit fl-aħħar snin illi ilu fil-Gvern; miżuri li wasslu biex konna, għadna, u se nibqgħu ċ-champion tal-ugwaljanza. Xtaqt insemmi ftit mid-diversi miżuri li għamilna. Insemmi ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess, insemmi l-introduzzjoni tad-dritt tal-adozzjoni minn koppji tal-istess sess, insemmi mbagħad is-servizz tal-IVF b’xejn lil koppji leżbjani filwaqt li, bl-emendi l-ġodda fl-ewwel mitt jum ta’ dan il-Gvern, neħħejna l-affinità bħala ostaklu għad-donazzjoni tal-gameti.” Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-ġejjieni f’dan il-qasam, b’miżuri fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista li jridu jiġu implimentati fis-snin li ġejjin. ROBERT ABELA IL-PRIM MINISTRU U MEXXEJ LABURISTA “Fis-snin li ġejjin irridu, u se nwessgħu, is-servizzi offruti lill-persuni transġender billi nibdew noffru l-operazzjoni għal gender reassignment bla ħlas bħala parti mis-servizz pubbliku tas-saħħa tagħna; jiġifieri dan l-intervent ikun fuq l-NHS. Se nkunu qegħdin nadottaw strateġija u pjan ta’ azzjoni ġdid għal komunità LGBTIQ+ għal ħames snin illi ġejjin. Se nwaqqfu wkoll tim interdixxiplinarju dwar il-persuni intersex biex inħarsu id-drittijiet ta’ dawn il-persuni u d-drittijiet tal-familji tagħhom.” Il-Prim Ministru qal ukoll li għaddejja ħidma biex jiżdiedu fil-formolarju mediċini li huma essenzjali fil-prevenzjoni tat-tixrid tal-HIV u ċentru għall-komunità LGBTIQ+ li joffri s-servizzi u l-faċilitajiet tal-Gvern minn post wieħed. Huwa temm id-diskors tiegħu billi awgura li din il-kampanja tħalli l-frott, filwaqt li fetaħ il-bibien tiegħu għal aktar proposti u ideat mingħand iż-żgħażagħ. Fl-intervent tiegħu, il-President taż-Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja, irrimarka li l-fergħa laqa’ bi pjaċir l-aħbar li persuni gay issa jistgħu jagħtu d-demm bla diskriminazzjoni. Intant, it-tnedija tal-kampanja INDAQS issoktat b’diskussjoni li matulha nqasmu diversi esperjenzi dwar dan il-qasam. Fost dawk li tkellmu kien hemm Gaby Calleja, mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista u Deputat Parlamentari, Randolph DeBattista, u Amanda Cossai. Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg, u l-Membru Parlamentari Ewropew Laburista, Cyrus Engerer. Is-Segretarju Ġenerali taż-Żgħażagħ Laburisti, Maria Ellul, qalet li matul din il-kampanja mistennija jiġu diskussi d-diversi aspetti tal-ugwaljanza. MARIA ELLUL IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ “Peress li bħalissa ninsabu fi Pride Month, ħassejna li huwa xieraq li nibdew din il-kampanja permezz ta’ diskussjoni fuq l-ugwaljanza kif ukoll il-komunità LGBTIQ, jiġifieri tul dawn is-sentejn bħala Żgħażagħ Laburisti se nkunu qed nibdew diskussjoni dwar l-isfera wiesgħa tal-ugwaljanza kif ukoll policies li nixtiequ nmexxu ’l quddiem f’dan ir-rigward.”

€670,217 JINĠABRU FIL-MARATONA ĠBIR TA’ FONDI TAL-PL

555
16
1
00:02:45
14.06.2021

ONE.COM.MT • Fil-maratona ġbir ta’ fondi nġabru iżjed minn sitt mija u sebgħin elf ewro b’risq il-Partit Laburista. Bit-tema ‘Ninvestu fin-Nies’, il-Partit Laburista matul il-jum tal-Ħadd organizza l-maratona li fiha l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela kien intervistat miż-żgħażagħ u semma kif il-viżjoni tal-Gvern hi li aktar mediċini għas-saħħa mentali jingħataw b’xejn. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI Is-somma miġbura fil-maratona ġbir ta’ fondi organizzata mill-Partit Laburista laħqet is-€670,217. Bit-tema ‘Ninvestu fin-Nies’ ġiet imxandra fuq l-istazzjonijiet ONE, din il-maratona fejn fiha, bosta nies taw id-donazzjonijiet tagħhom b’risq il-Partit Laburista. Kien il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi li ħabbar is-somma finali fil-preżenza tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fosthom il-Mexxej Laburista u Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef. THABBIRA TAS-SOMMA Eżatt qabel tħabbret is-somma finali, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela rringrazzja lin-nies li wieġbu għas-sejħa tal-Partit Laburista. Qal li l-Partit Laburista jrid jibqa’ jinvesti fin-nies u hekk għamel waqt żmien ta’ sfida globali, il-pandemija. Aċċenna li l-Partit Laburista jrid jibqa’ jaħdem u jagħmel il-ġid imnebbaħ mill-prinċipju tal-ġustizzja soċjali. Saħaq li għalhekk il-Partit Laburista se jibqa’ jmexxi politika li fiha ħadd ma jaqa’ lura u li biha ngħixu fil-prosperità. Intant f’intervista li xxandret waqt il-maratona maż-żgħażagħ, il-Prim Ministru qal li jrid jara li aktar mediċini ta’ kura għall-persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali jidħlu fil-formularju tal-Gvern u b’hekk jibdew jingħataw b’xejn. ROBERT ABELA PRIM MINISTRU “Li iżjed mediċini jiżdiedu fuq il-formularju tal-Gvern, jiġifieri dawk il-mediċini li jintużaw għas-saħħa mentali, iktar jibqgħu jiżdiedu fuq il-formularju tal-Gvern.” Il-Prim Ministru kien mistoqsi wkoll dwar l-edukazzjoni u hawn semma programm ta’ rkupru fit-tagħlim immirat għal dawk l-istudenti li matul din is-sena skolastika fallew xi jiem mill-iskola minħabba l-pandemija. Qal li hemm konkorenza tajba għal dan il-programm li se jibda x-xahar d-dieħel u jibqa’ sejjer sat-3 ta’ Settembru. ROBERT ABELA PRIM MINISTRU “Imma imbagħad rajna li l-iktar mod bilanċjat ta’ kif wieħed jagħmel l-affarijiet kien illi nimxu ’l quddiem b’dan il-programm ġdid illi għandu konkorenza b’saħħtiha minn dak li ġejt infurmat, hemm mijiet ta’ studenti li kkonkorrew u nemmen li huwa importanti mmens illi jkollna dan il-programm, dawk il-ġimgħat jew xhur ta’ tagħlim u nkunu nistgħu nagħmlu tajjeb għalihom u b’hekk ħadd ma jaqa’ lura.” Fl-intervista maż-żgħażagħ, il-Mexxej Laburista laqa’ l-fatt li f’Ottubru li ġej, Malta se tilqa’ għall-ewwel darba l-Kungress taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej u mill-ġdid feraħ lil Georvin Bugeja li laħaq il-Viċi President taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej.

Назад
Далее
Что ищут прямо сейчас на
GEORVIN BUGEJA хоррор игры ยา kaleo ahina 그썰 мир без дверей Vasilich ОСЛЕП слабый напор воды в однорычажном смесителе weddingday 自炊 баг jobaer ahmed ansai iphone xr นิยายคินน์พอร์ช турал еверест ruslan dobriy Fei Yu ching КАК НЕ ТЕРЯТЬ ВЕЩИ Mood доктор Антонов